Events

Latest News


Lelta’ u koperazzjoni (5)


05/02/2010 11:25:20

It-Trattat ta' Lisbona fi kliem semplici

Bhal kull haga ohra, l-Unjoni Ewropea tistrieh fuq il-fiducja.

Inutli tkun pajjiz membru ta' l-Unjoni Ewropea jekk imbaghad ma tikkoperax bhala membru jew jekk tinjora d-decizjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jew jekk ma tkunx leali lejn l-ghanijiet taghha jew lejn pajjizi membri ohra.

Inutli tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea jekk toqghod taqla' l-ostakli ghal kull decizjoni li se tittiehed jew jekk dejjem mohhok biex tohrog kontra.

U bl-istess mod, inutli tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea jekk tinjora l-ligijiet Ewropej la darba jkunu ghaddew.

Huwa proprju ghalhekk li t-trattat jorbot lill-Unjoni u lill-pajjizi membri biex, f'rispett shih lejn xulxin, jghinu lil xulxin fit-twettiq tad-dmirijiet u l-obbligi taghhom li johorgu mit-trattat.

Bl-istess mod, il-pajjizi membri ntrabtu wkoll li jiehdu kull mizura biex jizguraw it-twettiq ta' l-obbligi li johorgu mit-trattat u tad-decizjonijiet li jittiehdu mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.

Hekk ukoll il-pajjizi membri ghandhom jiffacilitaw it-twettiq ta' l-ghanijiet ta' l-Unjoni u jzommu lura milli jostakolaw dawn l-ghanijiet jew milli jipperikolawhom.

Huwa b'dan il-mod li t-trattat jippretendi li r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjizi membri kif ukoll ir-relazzjoni bejn il-pajjizi membri nfushom ikunu mibnija fuq fiducja bejn xulxin.

Minghajr fiducja, minghajr lealta' u minghajr koperazzjoni jikkrolla kollox.

Kull sistema legali hija mibnija fuq il-fiducja u l-lealta' - ghaliex jekk kulhadd jippretendi li jaghmel li jrid u jinjora l-obbligi u l-ligijiet allura jkun hemm rebus shih. Dan jghodd ghal kull sistema legali, anki dawk nazzjonali. Izda tghodd ukoll ghas-sistema legali Ewropea.

Jekk wiehed ihares lejn kif dan il-principju jithaddem fil-prattika, isib li bhala regola generali il-pajjizi membri ta' l-Unjoni Ewropea ghandhom rekord tajjeb ta' lealta' u koperazzjoni u minkejja d-diversita' bejniethom xorta jirnexxielhom bosta drabi jaslu ghal qbil dwar ligijiet u decizjoni li jittiehdu fuq livell Ewropew.

Tant, li grazzi ghall-ftehim taghhom, l-Unjoni Ewropea jirnexxielha taddotta diversi decizjonijiet li jirraprezentaw il-volonta kollettiva tal-pajjizi kollha.

Huwa pjuttost rari li xi pajjiz partikolari jhoss li l-interessi tieghu gew injorati u meta dan jigri, isir sforz minn kulhadd biex jintlahaq kompromess ragjonevoli ghal kulhadd.

Bl-istess mod, il-pajjizi membri ghandhom ukoll rekord tajjeb ta' harsien u rispett tal-ligijiet Ewropej u l-kazi fejn ma jaghmlux dan huma l-eccezzjoni u mhux ir-regola.

Biss, is-sistema Ewropea tahdem b'mod li jekk, xi pajjiz membru jonqos mill-obbligi tieghu, allura jista' jispicca jittella' l-Qorti Ewropea li tiddeciedi dwar il-kaz.

Il-kazi fejn Malta spiccat ittellghet il-Qorti fl-ewwel hames snin ta' shubija huma minimi, specjalment meta tqis li hemm eluf ta' ligijiet Ewropej li llum huma parti mis-sistema legali taghna.

Fost il-kazi fejn Malta ttellghet il-Qorti ghax ma rrispettatx l-obbligi taghha, hemm il-kaz famuz tal-kacca fir-rebbiegha - fejn madankollu, il-Qorti ma qatghethiex ghal kollox kontra Malta. Anzi, ikkonfermat li huwa possibbli li f'Malta ssir kacca fir-rebbiegha, anki jekk mhux bil-mod li ghamilna fl-ewwel snin ta' shubija.

Kaz iehor kien dwar l-emissjonijiet mill-power station ta' Delimara, fejn instab li Malta naqset milli tosserva l-istandards li jirrizultaw mill-ligi Ewropea dwar il-kwalita' ta' l-arja.

Hemm mat-tletin kaz iehor fejn Malta giet riferuta ‘l Qorti, ghalkemm il-parti kbira minnhom huma fuq punti teknici.

Bla dubju, ghad ikun hemm kazi ohra - pero' jsir sforz kbir biex l-affarijiet ma jithallewx jispiccaw il-Qorti u biex il-pajjiz koncernat jirregola ruhu qabel jasal sa dal-punt. Jekk imbaghad, pajjiz isostni li ghandu ragun, allura jkun tajjeb li jmur il-Qorti sabiex tiddeciedi hi. U jekk ghandu ragun, ikun jista' jiehdu.

Minn-naha l-ohra, skont tabbella mxandra mill-Kummissjoni Ewropea s-sena li ghaddiet, flimkien mad-Danimarka, Malta kienet tikklassfika fl-ewwel post bhala l-aktar pajjiz li rnexxielu jdahhal ligijiet Ewropej fil-kamp tas-suq intern fis-sistema nazzjonali tieghu. Ovvjament mhux bizzejjed li ddahhal il-ligijiet. Trid tinfurzahom ukoll.

Hemm bosta pajjizi li ilhom ferm aktar minna membri ta' l-Unjoni u li spiccaw quddiem il-Qorti diversi drabi. F'xi kazi rarissimi li tghoddhom fuq subajk, l-affarijiet thallew ikarkru tant li l-Qorti sahansitra spiccat timmulta lill-pajjiz. Per ezempju, il-Grecja, Spanja u Franza kollha kellhom kaz fejn spiccaw gew immultati.
Biss, anki hawn, meta tqis kollox, meta tqis kemm hemm

ligijiet u kemm hemm obbligi x'jitwettqu, zgur li ma jistax jinghad li l-kazi huma frekwenti.

Il-lealta u l-koperazzjoni, mela, huma krucjali. Ghaliex minghajrhom titnawwar il-fiducja. U minghajr il-fiducja ma jistax ikollok sistema Ewropea. Is-sistema Ewropea timxi proprju ghaliex hija mibnija fuq il-fiducja.


Share

Your Comments



Comment

Please fill in the Verification Code
 



Other Articles

Sussidjarjeta' u proporzjonalita' (4)
How long till I get a break?
Se nivvota favur
Compensation for flight delays
Pajjiz membru jista’ jigi sospiz (6)
Your privacy and your security
Principji ta’ demokrazija (7)
Il-prezz biex tidher helu
Popular decisions and the right decisions
L-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea (8)






Search Archive
Year: Month:


more
Eu Rights
Your Business and your Job
Immigration
Free Movement
StopTheDust!
Maltese Art in the European Parliament
Maltese Art in the European Parliament
Affection
Frederick Gingell