|
Latest News
Sussidjarjeta' u proporzjonalita' (4)
01/02/2010 16:11:42
Hemm tliet principji importanti li fuqhom tahdem l-Unjoni Ewropea u li tajjeb li narawhom mill-qrib.
L-ewwel huwa l-principju li l-kompetenza jew il-poteri ta' l-Unjoni Ewropea huma limitati ghall-poteri li nghatat bit-trattat.
It-tieni huwa l-principju ta' sussidjareta' u t-tielet huwa l-principju tal-proporzjonalita'.
Ejja nezaminawhom ftit mill-qrib.
Kompetenza limitata
L-ewwel principju huwa li l-Unjoni Ewropea tista' topera biss f'dawk l-oqsma fejn inghatat il-poter li topera. Dan jghidulu the principle of conferral u huwa importanti li nifhmuh sew ghax inehhi kull idea li l-Unjoni Ewropea tista' taghmel kollox, li tista' tiddeciedi fuq kollox jew li tista' taghmel ligijiet fuq kull haga taht il-kappa tax-xemx.
Mhux hekk.
L-Unjoni Ewropea tista' biss tiehu decizjonijiet u taghmel ligijiet f'dawk l-oqsma fejn inghatat il-poter espress mit-trattat li topera.
Xejn izjed u xejn inqas.
B'hekk, a bazi ta' dan il-principju, l-Unjoni ghandha tahdem fil-limiti tal-kompetenza li nghatat bit-trattat biex tilhaq u twettaq l-ghanijiet taghha.
Dan ifisser ukoll li kompetenzi li ma nghatawx lill-Unjoni Ewropea ghandhom jibqghu f'idejn l-Istati Membri.
Per ezempju, l-UE ma nghatatx kompetenza li tiddeciedi dwar jekk il-pajjiz membri idahhlux id-divorzju jew idahhlux l-abbort jew idahhlux l-ewtanasja - ilkoll suggett sensittivi marbuta mal-familja u li kemm-il darba niddiskuthom f'Malta.
Lanqas ma tista' l-Unjoni Ewropea tiddeciedi, per ezempju, kif pajjiz membru ghandu jorganizza s-sistema tal-pensjonijiet tieghu jew tas-sigurta' socjali jew sahansitra ir-rati tal-pensjonijiet jew tal-beneficcji socjali. Dan mhux xogholha u m'ghandhiex il-poter li taghmlu.
F'dawn l-oqsma jibqghu jiddiedu l-pajjizi membri ghaliex l-Unjoni Ewropea ma nghatatx kompetenza. U jekk l-Unjoni Eworpea tipprova tirregola jew tiddeciedi dwar dawn l-oqsma allura tkun qed tagixxi ‘il hinn mill-poteri taghha.
U dan mhux permess mit-trattat.
Sussidjarjeta'
Il-principju ta' sussidjarjeta' kulhadd jaf x'inhu.
Ifisser li kull decizjoni ghandha, fl-ewwel lok, tittiehed fl-aktar livell vicin tac-cittadini li se jintlaqtu minnha. Biex ic-cittadin ihoss aktar rabta lejn dik id-decizjoni u jhoss li tkun decizjoni legittima li ghandu jobdi.
It-trattat jaghmilha cara li f'dawk l-oqsma fejn l-Unjoni Ewropea m'ghandhiex kompetenza esklussiva - jigifieri fejn m'ghandhiex poteri li tiddeciedi wahedha - allura japplika l-principju ta' sussidjarjeta'.
Dan ifisser li f'dawn l-oqsma, l-Unjoni tista' biss tidhol kemm-il darba l-ghanijiet tal-mizura li tigi proposta ma jkunux jistghu jintlahqu ahjar jew b'mod aktar effettiv mill-pajjizi membri individwali, jew fuq livell nazzjonali, jew regjonali jew lokali. U allura jkun jaghmel aktar sens li jittiehdu fuq livell Ewropew ghax b'hekk l-azzjoni tkun aktar effettiva milli jekk tittiehed fuq livelli nazzjonali jew livelli ohra.
Per ezempju, jekk qed nitkellmu fuq kriminalita' organizzata fuq livell internazzjonali, ikun inutli li kull pajjiz jimxi ghal rasu u jaghmel sens li d-decizjonijiet jittiehdu fuq livell Ewropew. L-istess jghodd ghall-immigrazzjoni.
Il-principju ta' sussidjareta' mhux principju gdid jew li vvintawh il-fundaturi ta' l-Ewropa. Ilkoll nafu li dan huwa principju ispirat mit-taghlim tal-knisja li wkoll tinsisti li d-decizjonijiet ghandhom jittiehdu fl-aktar livell vicin ic-cittadin u f'dak il-livell fejn l-azzjoni tista' tkun l-aktar effettiva.
Dan huwa principju li ghandha tapplikah mhux biss l-Unjoni Ewropea izda kull min jemmen fis-sussidjarjeta' u f'kull livell ta' gvern.
Per ezempju, fil-kuntest Malti, jekk jaghmel sens li decizjoni tittiehed minn kunsill lokali ma jaghmilx sens li, minflok, tittiehed mill-gvern centrali. L-istess jghodd ghall-Unjoni Ewropea.
Hemm protokoll apposta anness mat-trattat li jhares il-principju ta' sussidjareta' sabiex jekk ikun hemm id-dubju li nkiser ikun jista' jinstab rimedju.
Proporzjonalita'
It-tielet principju huwa dak tal-proporzjonalita'. Dan ifisser li anki f'dawk l-oqsma fejn l-Unjoni Ewropea ghandha d-dritt li topera, l-azzjoni taghha ghandha tkun propozjonata u mhux sproporzjonata.
Interessanti dan il-punt. Ifisser illi jekk, per ezempju, l-Unjoni Ewropea ghandha kompetenza li tilliberalizza s-suq, m'hemmx ghalfejn toqghod taghmel ligijiet fuq kull prodott taht il-kappa tax-xemx biex taghmel dan. Tista' taghmel ligi wahda li tapplika ghall-prodotti kollha.
Bl-istess mod, jekk l-Unjoni Ewropea tista' taghmel ligi li tipprovdi semplici gwida jew qafas, m'hemmx ghalfejn taghmel ligi dettaljata sa l-ahhar punt u virgola. Ghax jekk taghmel hekk, din tkun azzjoni sproporzjonata.
Fi kliem iehor, anki jekk ikollok id-dritt li tiehu decizjoni jew li tghaddi mizura xorta ghandek tiehu decizjoni li ma tkunx esagerata jew iebsa wisq bla bzonn. Ghax jekk taghmel dan tkun qed tikser il-principju tal-proporzjonalita'.
Ghaldaqstant, skond il-principju tal-proporzjonalita', il-kontenut u l-forma ta' kull decizjoni li tiehu l-Unjoni ma jistghux jaqbzu jew jeccedu l-limitu ta' dak li huwa mehtieg biex jintlahqu l-ghanijiet tat-trattat.
Qed naraw b'hekk li, grazzi ghal dawn it-tliet principji, il-poteri ta' l-Unjoni Ewropea huma limitati ghal dawk l-oqsma mghoddija lilha bit-trattat, ghall-principju ta' sussidjarjeta u ghall-principju tal-propozjonalita'.
Dan huwa gust u xieraq ghax b'hekk huwa car ghal kulhadd x'tista' taghmel l-Unjoni u x'ma tistax. X'azzjoni tista' tiehu u sa fejn tista' tasal.
Share
Your Comments
Comment
Other Articles
Latest News
| ||||||||||||||||||||||||||||
Maltese Art in the European Parliament
Affection Frederick Gingell | ||||||||||||||||||||||||||||







