|
Latest News
Se nivvota favur
08/02/2010 14:06:32
Pitghada, il-Parlament Ewropew mistenni japprova l-Kummissjoni l-gdida immexxijja ghat-tieni darba mill-President Jose Manuel Barroso.
Jekk il-vot ikun favur, kif mistenni, l-ghada l-Erbgha, il-Kummissarji l-godda, fosthom John Dalli, jmiddu ghonqhom ghax-xoghol. F'Jum San Pawl.
Il-pitghada, jiltaqghu il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
B'hekk sa nhar l-Erbgha u wara sebgha xhur, l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni sa fl-aħħar se jkunu qed jiffunzjonaw kif suppost. Jekk ma jinqala' xejn, il-Kummissjoni l-gdida ta' Barroso iddum fil-kariga ghall-hames snin li gejjin.
Kif stqarr Barroso nnifsu dakinhar li habbar it-tim tieghu, l-Unjoni Ewropea trid tiffokka fuq numru ta' sfidi. L-akbar wahda hi li jissokta t-tkabbir ekonomiku kemm jista' jkun malajr - tkabbir li joħloq ix-xogħol - filwaqt li fit-tul l-Ewropa terga' taccerta ruhha minn ekonomija sostenibbli u kompettitiva.
Il-glieda kontra l-qghad u t-tishieh socjali jimxu id f'id mat-tkabbir ekonomiku u l-Unjoni trid tabilħaqq izzewwg l-izvilupp sostennibbli mal-kompettitivita taghha. Tuza dawk l-iskoperti li jghinuha tizgura s-sostenibilita, inlkuz li l-izvilupp ma jgharraqx l-ambjent, biex issahhah il-kompettitivita taghha fis-swieq globali.
Seba' Xhur Krucjali
Is-seba' xhur li ghaddew kienu tassew mimlija avvenimenti. L-ewwel l-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew. F'Ottubru r-referendum fl-Irlanda dwar it-Trattat ta' Lisbona li dahal fis-sehh fl-ewwel ta' Dicembru 2009.
F'Novembru l-mexxejja Ewropej innominaw lill-Prim Ministru Belgjan Herman van Rompuy bhala l-ewwel President tal-Kunsill Ewropew u lil Catherine Ashton bhala r-Rapprezenta Gholja tal-Unjoni Ewropea ghall-Affarijiet Barranin u vici-President tal-Kummissjoni.
F'Jannar bdew il-hearings tas-26 Kummissarju. Wahda biss, il-Bulgara Rumiana Jeleva, kellha tirtira wara kampanja intensiva ta' kalunji kontra taghha.
In-nominazzjoni ta' Kristalina Georgieva, biex timla l-post li thalla battal bit-tluq ta' Jeleva wassal ghal aktar dewmien fil-hatra tal-Kummissjoni. Georgieva dehret quddiem il-Parlament Ewropew nhar l-Erbgha li ghadda biex b'hekk l-ahhar intopp twarrab ukoll. Fis-smigh tagha marret tajjeb ferm u tat wirja kompetenti u determinata li rceviet bosta applawsi mill-membri prezenti.
Peress li hi se tkun responsabbli mill-ghajnuna umanitarja ta' l-Unjoni Ewropea, stqarret li jekk tigi konfermata il-prijorita' ewlenija taghha se tkun l-ghajnuna lill-Haiti.
Il-Qghad l-Akbar Sfida
Quddiemhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ghandhom sfida wahda principali, li jaraw kif il-mutur ekonomiku tal-Ewropa jerga' jibda jdur u johloq ix-xoghol. Ghax ghalkemm ic-cifri kollha juru li bhall-kumplament tad-dinja l-Ewropa hierga mir-ricessjoni, il-qghad ghadu gholi - u jaf jibqa gholi ghal hafna xhur ohra.
Ix-xahar li ghadda, il-qghad fl-Ewropa lahaq l-ghola cifra f'dawn l-ahhar 11-il sena. Naturalment ic-cifra tal-qghad tvarja minn pajjiz ghall-iehor tal-Unjoni. Il-qghad f'Malta jinsab taht il-medja tal-Unjoni Ewropea iżda żdied ukoll. Hemm pajjizi li jinsabu aghar minna u hemm uħud li huma ahjar.
Il-holqien tax-xoghol mhix haga li ssehh f'hakka t'ghajn.
Li jigri meta tintemm ricessjoni hu li l-ekonomija flok tibqa tirriversja lura bhall-granc, tissokta timxi ‘l quddiem bil-mod. Sakemm tirranka u terga' taqbad ritmu hemm perjodu fejn il-qghad ma jinzilx u xi kultant jista' anki joghla. Superata din il-fazi, jerga jibda jitkattar ix-xoghol.
Ic-cittadini Ewropej, specjalment dawk li huma bla xoghol, ma jimpurthomx mic-cifri sbieh li juru li l-aghar gwaj ghadda. Ghalihom ir-ricessjoni tintemm dakinhar li jerga jsibu xoghol.
Fl-Ewropa hemm fatturi li jghinu, bhar-rati ta' imghaxx baxx li jhajjru l-investiment u jghinu l-konsum. L-aqwa fattur hu li f'din ir-ricessjoni l-gvernijiet tal-pajjizi membri irnexxielhom jikkoperaw ma' xulxin u jikkordinaw l-azzjonijiet taghhom ferm aktar milli ghamlu fil-passat.
L-Ewropa trid ukoll thares lejn kif se ssahhah il-kompetittivita taghha fid-dinja fejn trid ittellaq mac-Cina, l-Indja, l-Brazil, l-Indoenezja, l-Gappun u pajjizi ohra li llum ghandhom potenzjal ekonomiku qawwi. Hekk biss jistghu jinholqu impjiegi produttivi li jhallu valur mizjud fl-Unjoni.
Issa li l-Kummissjoni Barroso se tibda tahdem nistghu inharsu ‘l quddiem mhux biss ghall-hames snin li gejjin izda anki lejn il-futur aktar imbieghed li l-pedamenti tieghu qed jitqieghed bhalissa.
Pajjizna wkoll irid jaghmel l-isforz tieghu fil-kwadru Ewropej. Ahna wkoll irridu nibdlu l-ekonomija taghna biex tirrispetta ahjar l-ambjent u ttejjeb il-kwalita tal-hajja. Irridu nsahhu l-kompettitivita' taghna b'ristrutturar li jaghmel uzu mill-aqwa rizors taghna li hu dak uman.
Malta trid tara kif tuza il-policies u l-fondi Ewropej mhux biss biex tohrog minn din ir-ricessjoni imma biex tizgura li l-futur tal-Maltin ikun aqwa u mimli opportunitajiet.
Il-vot ta' fiducja fil-Kummissjoni Ewropea li se jittiehed nhar it-Tlieta li gej se jkun pass f'din id-direzzjoni.
Jiena se nivvota favur il-Kummissjoni ghax irrid li nimxu fuq din it-triq.
Share
Your Comments
Comment
Other Articles
Latest News
| ||||||||||||||||||||||||||||
Maltese Art in the European Parliament
Affection Frederick Gingell | ||||||||||||||||||||||||||||







