|
|
Latest ArticleSe nivvota favur08/02/2010 14:06:32Pitghada, il-Parlament Ewropew mistenni japprova l-Kummissjoni l-gdida immexxijja ghat-tieni darba mill-President Jose Manuel Barroso. Jekk il-vot ikun favur, kif mistenni, l-ghada l-Erbgha, il-Kummissarji l-godda, fosthom John Dalli, jmiddu ghonqhom ghax-xoghol. F'Jum San Pawl. Il-pitghada, jiltaqghu il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. B'hekk sa nhar l-Erbgha u wara sebgha xhur, l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni sa fl-aħħar se jkunu qed jiffunzjonaw kif suppost. Jekk ma jinqala' xejn, il-Kummissjoni l-gdida ta' Barroso iddum fil-kariga ghall-hames snin li gejjin. Kif stqarr Barroso nnifsu dakinhar li habbar it-tim tieghu, l-Unjoni Ewropea trid tiffokka fuq numru ta' sfidi. L-akbar wahda hi li jissokta t-tkabbir ekonomiku kemm jista' jkun malajr - tkabbir li joħloq ix-xogħol - filwaqt li fit-tul l-Ewropa terga' taccerta ruhha minn ekonomija sostenibbli u kompettitiva. Il-glieda kontra l-qghad u t-tishieh socjali jimxu id f'id mat-tkabbir ekonomiku u l-Unjoni trid tabilħaqq izzewwg l-izvilupp sostennibbli mal-kompettitivita taghha. Tuza dawk l-iskoperti li jghinuha tizgura s-sostenibilita, inlkuz li l-izvilupp ma jgharraqx l-ambjent, biex issahhah il-kompettitivita taghha fis-swieq globali. Seba' Xhur Krucjali Is-seba' xhur li ghaddew kienu tassew mimlija avvenimenti. L-ewwel l-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew. F'Ottubru r-referendum fl-Irlanda dwar it-Trattat ta' Lisbona li dahal fis-sehh fl-ewwel ta' Dicembru 2009. F'Novembru l-mexxejja Ewropej innominaw lill-Prim Ministru Belgjan Herman van Rompuy bhala l-ewwel President tal-Kunsill Ewropew u lil Catherine Ashton bhala r-Rapprezenta Gholja tal-Unjoni Ewropea ghall-Affarijiet Barranin u vici-President tal-Kummissjoni. F'Jannar bdew il-hearings tas-26 Kummissarju. Wahda biss, il-Bulgara Rumiana Jeleva, kellha tirtira wara... read more Comment |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
















